Thursday, 29 July 2010

il-ħobza

Din hija t-talba li Ġesú nnifsu għallem lill-Appostli u għalhekk fiha tifsira speċjali għaliex ħarget minn fomm l-Imgħallem stess.
Fiha żewġ partijiet. Fl-ewwel parti nistqarru lil Alla bħala Missier tagħna lkoll u allura li aħna lkoll aħwa. Inqaddsu l-Isem ta’ Alla u nitolbu li fl-art ukoll ikun hawn is-Saltna ta’ Alla billi issir ir-rieda tiegħu.
Fit-tieni parti nitolbu l-bżonnijiet tagħna, nitolbu l-maħfra ta’ Alla waqt li nwegħdu li aħna wkoll naħfru lil ħutna, u nitolbu li nkunu mħarsa mit-tiġrib.

No comments: